It-Tnedija tal-Ktieb “Karamellu tar-Raħal t’Isfel”

28, ta' Ottobru, 2021

It-tnedija tal-ktieb saret fis-26 ta’ Ottubru, 2021, fl-Iskola Primarja taż-Żejtun, li kienet l-iskola fejn l-awtur kien imur meta kien għadu żgħir, bil-permess u l-kooperazzjoni ġentili tal-Kapijiet taż-żewġ fergħat tal-Iskola, is-Sur Saviour Sammut (Skola Primarja A) u tas-Sur Edmond Pace (Skola Primarja B).
Preżenti għall-okkażjoni kien hemm is-Sinjura Maria Dolores Abela, Sindku taż-Żejtun, u s-Sur David Muscat, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.

Dan sar b’appoġġ għall-edukazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istudenti u b’sostenn tal-importanza u apprezzament tal-kultura u l-lingwa Maltija. L-istudenti ingħataw ukoll l-opportunità li jiltaqgħu mal-awtur Charles Buttigieg u jsaqsuh dwar l-esperjenza tiegħu bħala kittieb.
Il-kumpanija tispera li din l-esperjenza memorabbli tħeġġeġ lill-istudenti mhux biss sabiex jaqraw il-ktieb, iżda wkoll biex tħeġġeġ il-ħerqa tagħhom għal kitba kreattiva. “Huwa ta’ unur għalina li nkunu t’għajnuna fl-edukazzjoni u fl-iżvilupp ta’ studenti Maltin, billi nipprovdulhom kotba tal-qari li jiċċelebraw il-kultura u l-wirt Malti,” qalu uffiċjali ta’ ElectroGas.

“Bħala kumpanija nemmnu li l-investiment fil-komunità huwa responsabbiltà tagħna, u għalhekk aħna ferm kburin li ħdimna għal dan il-għan. Nisperaw li din id-donazzjoni tħeġġeġ kumpaniji u organizzazzjonijiet oħrajn sabiex bħalna jinvestu fl-edukazzjoni u fl-iżvilupp tal-istudent.”
Fix-xhur li ġejjin, ElectroGas ser tkun qed tagħmel proġetti simili ġewwa skola primarja oħra.