Is-serje animata Karamellu tar-Raħal t’Isfel rebħet il-Malta Intellectual Property Awards 2025 fil-kategorija Creative Initiative.
Is-serje hija bbażata fuq il-kotba popolari bl-istess isem u tirrappreżenta b’mod kreattiv l-istejjer u l-wirt kulturali Malti għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda.
Il-premju ġie ppreżentat lill-awtur Charles Buttigieg, magħruf aħjar bħala Nannu Karm, li bil-passjoni u l-viżjoni tiegħu ta ħajja ġdida lil dawn l-istejjer tant maħbubin.
Prosit minn qalbna lin-Nannu Karm u lil kull min ħadem fuq dan il-proġett!
